15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/40
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Gramberg vs UASI Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)
(Kawża T-166/15)
(2015/C 198/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Claus Gramberg (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kettler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sorouch Mahdavi Sabet (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 460/2013-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002;
sussidjarjament,
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni ġdida dwar l-invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 1 968 496-0002;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy