1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/23
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise vs UASI – Freistaat Bayern (NEUSCHWANSTEIN)
(Kawża T-167/15)
(2015/C 178/23)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. (Veitsbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Freistaat Bayern (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “NEUSCHWANSTEIN”
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 28/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara l-invalidità tas-sinjal “NEUSCHWANSTEIN” – Trade mark Komunitarja Nru 10 144 392;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy