27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/29
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/15)
(2015/C 245/35)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u Α. Ε. Vasilopoulou)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2015, innotifikata taħt in-numru ta’ riferenza C(2015) 252 finali, “dwar it-tnaqqis tal-ħlas interim fir-rigward tal-programm ta’ żvilupp rurali tal-Greċja għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u l-ispejjeż għall-perijodi inklużi bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Marzu 2014 u bejn l-1 ta’ April 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2014, CCI 2007 GR 06 RPO 001”, għal ammonti ta’ EUR 2 75 118,75 u EUR 2 9 40 050.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 883/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 (1), ksur tal-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni u tar-rekwiżiti essenzjali tal-proċedura stabbilita minn tali dispożizzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (2).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Artikoli 26(5) tar-Regolament Nru 1290/2005 (3), 27(3) u (4) tal-istess regolament, 36(5) tar-Regolament Nru 1306/2013, u 41(3) tal-istess regolament, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tad-drittjiet ta’ kuntradittorju u tad-difiża tar-Repubblika Ellenika.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27(4) tar-Regolament Nru 1290/2005, u 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013 u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27(4) tar-Regolament Nru 1290/2005, u 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013, u ta’ ksur tal-kunċett ta’ forza maġġuri u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.
(1) Regolament tal-Kummissjoni Nru 883/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 , li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, p. 549).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 286M, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy