22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/35
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – EFB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-174/15)
(2015/C 205/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Federation of Biotechnology (EFB) (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer u S. Moya Izquierdo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tordna lill-Kummissjoni tħallas EUR 36 457,79 lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tiddikjara li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha li hija kellha taħt il-kuntratt tal-24 ta’ Jannar 2007 dwar il-proġett għall-European Federation of Biotechnology Latin American Action on Functional Foods, bir-referenza CT-2006-043158, u titlob il-ħlas tas-somma finali ta’ EUR 36 457,79 euros.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni ta’ diversi spejjeż eliġibbli, li jikkostitwixxu żball fl-evalwazzjoni tal-provi li jmur kontra l-Artikolu 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan;
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli II.20 u II.6 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt;
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan u tal-prinċipju tal-eżekuzzjoni in bona fide tal-kuntratt;
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax ċertu spejjeż;
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi legittimi;
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ ċarezza tar-regoli applikabbli għas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku.
Full & Egal Universal Law Academy