20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/42
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – Mabrouk vs Il-Kunsill
(Kawża T-175/15)
(2015/C 236/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.-R. Farthouat, J.-P. Mignard u N. Boulay, avukati, S. Crosby, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157 (ĠU L 26 p. 29), li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28 p. 62) sa fejn dawn japplikaw fuq ir-rikorrent, dawn il-miżuri restrittivi fosthom l-iffriżar ta’ fondi fl-Unjoni Ewropea; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li min-natura, mis-sustanza u mit-tul tagħhom, il-proċeduri kontra r-rikorrent ma jipprovdux lill-Kunsill bi bażi suffiċjenti għall-att ikkontestat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-att ikkontestat huwa inkompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba li ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġjonevoli fit-tifsira ta l-imsemmi Artikolu 47.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tuneżija temmet b’suċċess it-tranżizzjoni lejn id-demokrazija, kif rikonoxxut inter alia mill-Kunsill innifsu, b’tali mod li l-att ikkontestat ikun nieqes minn kull skop u għalhekk ikun illegali.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u ksur kontinwu tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba f’liema kuntest l-att ikkontestat jikser dan il-prinċipju u huwa illegali.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-att ikkontestat ġie adottat permezz ta’ referenza biss għall-għanijiet tal-politika estera u tal-politika ta’ sigurtà tal-Kunsill bl-esklużjoni tal-aspetti kriminali tal-kwistjoni u b’mod partikolari tal-fatti tal-kawża.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy