15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/41
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 – Grandel vs UASI – The Colomer Group Spain (Beautygen)
(Kawża T-177/15)
(2015/C 198/56)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. Grandel GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Dollinger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Colomer Group Spain, SL (Cornellá de Llobregat, Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali Komunitarja “Beautygen” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 623 105
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1430/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy