10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/29
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2015 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament
(Kawża T-182/15)
(2015/C 262/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew mogħtija f’data mhux magħrufa, innotifikati permezz ta’ ittri datati 13 ta’ Frar 2015, li jeskludu lil IBI IUS minn Lott 2 u li jeskludu lil STEEL minn Lott 3 fis-sejħa għal offerti għal PE/ITEC-ITS14;
—
tiddikjara li minħabba dawn id-deċiżjonijiet ta’ esklużjoni, il-kuntratt(i) mal-offerenti l-oħra huwa (huma) null(i) u bla effett;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-konsulenza legali esposti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur mill-Parlament Ewropew tal-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità u ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 102.1 tar-Regolament Finanzjaru, il-ksur tal-kriterji ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 107.1(a) u (b) tar-Regolament Finanzjaru, il-ksur tal-Artikolu 158.3 tar-Regolament Finanzjaru, il-ksur mill-Parlament Ewropew tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kunratt tiegħu stess ITS14, b’hekk jinvalida d-deċiżjonijiet mogħtija f’data mhux magħrufa, innotfikati permezz ta’ ittri datati 13 ta’ Frar 2015, li jeskludu lil IBI IUS minn Lott 2 u li jeskludu lil STEEL minn Lott 3 ta’ ITS14.
Fil-parti primarja ta’ dan l-ewwel u uniku motiv, ir-rikorrent jitlob lill-Parlament Ewropew naqas milli japplika korrettament tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kunratt tiegħu stess ITS14 u r-rekwiżit proċedurali ġenerali ta’ patere legem quam ipse fecisti u kiser l-Artikolu 107.1(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju u dan billi eskluda lir-rikorrenti u konsegwentement, il-konsorzji IBI IUS minn Lott 2 u STEEL minn Lott 3 ta’ ITS14, minħabba kunflitt ta’ interess allegat (u mhux ippruvat) u minħabba nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni allegat (u mhux ippruvat) lill-Parlament Ewropew.
Fil-parti sekondarja tal-ewwel u l-uniku motiv (sussidjarjament), ir-rikorrenti titlob li l-Parlament Ewropew kiser il-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità u ugwaljanza fit-trattament (nondiskriminazzjoni) kif stabbilit fl-Artikolu 102.1 tar-Regolament Finanzjarju u dan billi eskluda lir-rikorrenti u konsegwentement, il-konsorzji IBI IUS minn Lott 2 u STEEL minn Lott 3 ta’ ITS14, minħabba kunflitt ta’ interess allegat (u mhux ippruvat) u minħabba nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni allegat (u mhux ippruvat) lill-Parlament Ewropew.
Full & Egal Universal Law Academy