8.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/30
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2015 – TMG Landelijk Media u Willems vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/15)
(2015/C 190/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: TMG Landelijk Media BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Menzo Willems (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Le Poole u L. Broers, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha, din tal-aħħar ċaħdet parzjalment it-talba tar-rikorrenti għall-aċċess għall-korrispondenza skambjata bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni dwar l-avviż ta’ aġġustament fiskali Ewropew li l-Kummissjoni imponiet fuq il-Pajjiżi l-Baxxi fl-2014.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1). Ir-rikorrenti jilmentaw li l-Kummissjoni, b’mod żbaljat, ma żvelatx ċerti dokumenti minħabba li l-iżvelar jippreġudika l-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika tal-Unjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx b’mod suffiċjenti li l-iżvelar jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali u, b’mod żbaljat, ma vverfikatx jekk hemmx interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-anonimità tal-persunal li ma jokkupax pożizzjoni għolja. Ir-rikorrenti jsostnu li din l-ommissjoni tipprekludihom milli jistabbilixxu l-livell li fih ġiet skambjata l-korrispondenza u jekk din effettivament tikkonċernax persunal li jokkupa pożizzjoni għolja.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-Kummissjoni b’mod żbaljat laqgħet it-talba tal-Pajjiżi l-Baxxi li ma jiġux żvelati ċerti dokumenti tal-Pajjiżi l-Baxxi abbażi tal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jirreferu għall-argumenti invokati fil-kuntest tat-tieni u tat-tielet motiv.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy