15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/42
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2015 – Intervog vs UASI (meet me)
(Kawża T-190/15)
(2015/C 198/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Intervog (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M.-R. Hirsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “meet me” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 010 781
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 845/2014-4.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (nuqqas ta’ motivazzjoni);
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-karattru distintiv tat-trade mark);
—
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.
Full & Egal Universal Law Academy