22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/35
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – SLE Schuh vs UASI – Vigoss Tekstil Konfeksiyon Sanayi ve Ticaret (VIOS)
(Kawża T-191/15)
(2015/C 205/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SLE Schuh GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Stolitzka, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vigoss Tekstil Konfeksiyon Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi (Istanbul, it-Turkija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikanti: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali Komunitarja “VIOS” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 283 546
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 623/2014-5
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors u temenda d-deċiżjoni kkontestata, billi tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark “VIOS” għall-klassijiet kollha, kif ukoll għal:
—
Klassi 18: prodotti magħmula minn [ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda], sa fejn dawn ma humiex inklużi fi klassijiet oħra; bagolli u basktijiet tal-ivvjaġġar; parasoli.
—
Klassi 25: ħwejjeġ, xedd ir-ras.
sussidjarjament
—
tilqa’ r-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy