15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/43
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2015 – Bodegas Williams & Humbert vs UASI – Central Hisumer (Botanic Williams & Humbert)
(Kawża T-193/15)
(2015/C 198/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Williams & Humbert SA (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Central Hisumer, SL (Orihuela, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva fil-blu, griż, abjad u iswed li tinkludi l-elementi verbali “Botanic Williams & Humbert” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 184 819
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 594/2014-4
Talbiet
—
tiddikjara n-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2010, fil-Każ R 594/2014-4, li permezz tagħha ġie miċħud l-appell amministrattiv ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 128 026, u, konsegwentement, tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kumplessa Nru 11.184.819 BOTANIC WILLIAMS & HUMBERT LONDON DRY GIN, għal prodotti fil-klassi 33.
—
tiddikjara li tingħata r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kumplessa Nru 11.184.819 BOTANIC WILLIAMS & HUMBERT LONDON DRY GIN, għal prodotti fil-klassi 33, peress li l-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 ma hijiex applikabbli.
—
tikkundanna lill-UASI, u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy