15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/44
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2015 – Costa vs Il-Parlament
(Kawża T-197/15)
(2015/C 198/60)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Paolo Costa (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Orsoni u M. Romeo, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara d-Deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Frar 2015, u kull miżura preċedenti, konnessa jew konsekuttiva, inkluża n-nota ta’ debitu nnotifikata fis-27 ta’ Frar 2015, bħala nulla u mingħajr effett, abbażi tal-Artikoli 263 u 264 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-15/15, Costa vs Il-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy