15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/44
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2015 – Unicorn vs UASI – Mercilink Equipment Leasing (UNICORN)
(Kawża T-201/15)
(2015/C 198/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Unicorn a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mercilink Equipment Leasing Ltd (Limassol, Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “UNICORN” – Trade mark Komunitarja Nru 5 992 805
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 1699/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
L-UASI ma ħax debitament inkunsiderazzjoni l-provi prodotti mir-rikorrenti;
—
L-UASI ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi biċ-Ċek;
—
L-UASI wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.
Full & Egal Universal Law Academy