22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/36
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Aguirre y Compañía vs UASI – Puma (Rappreżentazzjoni ta’ żarbun tal-isport)
(Kawża T-205/15)
(2015/C 205/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aguirre y Compañía, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Pomares Caballero u A. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali li tirrappreżenta żarbun tal-isport – Trade mark Komunitarja Nru 1050520-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 696/2013-3
Talbiet
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li r-raguni ta’ invalidità invokata mill-Bord tal-Appell, prevista fl-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002, ma teżistix f’dan il-każ;
—
jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
u, f’kull każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali peress li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi dikjarazzjonijiet li ma humiex koerenti u li jipprekludu motivazzjoni suffiċjenti tal-imsemmija deċiżjoni.
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002.
—
Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy