6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/24
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Intercon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-206/15)
(2015/C 221/33)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Intercon Sp. z o.o (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkonstata li l-fondi mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea lir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett taħt il-kuntratt VPH2-224635 jikkostitwixxu spejjeż li huma eliġibbli skond l-Artikolu II.14 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt u li, konsegwentement, ir-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu li tirrimborsahom.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż,
—
tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ lealtà reċiproka tal-partijiet fil-kuntratt u tal-prinċipju ta’ fiduċja tal-imprenditur fil-Kummissjoni.
—
Il-Kummissjoni ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ebda kumment jew dokument prodott mill-benefiċjarja fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Awissu 2014. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-Artikolu 22.II.5 tal-Anness II tal-kuntratt li jawtorizza lill-Kummissjoni tħalli barra l-allegazzjonijiet u l-provi tardivi. Tali aġir ma kienx legali peress li kienet il-Kummissjoni stess li talbet lill-benefiċjarja tagħmel osservazzjonijiet oħra. F’din is-sitwazzjoni, l-ommissjoni ta’ kummenti ġodda u ta’ provi tikkostitwixxi ksur evidenti tal-prinċipju ta’ lealtà reċiproka tal-partijiet fil-kuntratt u tal-prinċipju ta’ fiduċja tal-imprenditur fil-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy