Kawża T-208/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Universiteit Antwerpen vs REA
C2702015MT2810120150424MT0035281281
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Universiteit Antwerpen vs REA
(Kawża T-208/15)2015/C 270/35Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universiteit Antwerpen (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Teerlinck u P. de Bandt, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)
Talbiet
—
tiddikjara li l-Ftehim għal sussidju Nru 238214 “C7” (Cerebellar-Cortical Control: Cells, Circuits, Computation, and Clinic) u l-Ftehim għal sussidju Nru 238686 “CEREBNET” (Timing and plasticity in the olivo-cerebellar system), konklużi fi ħdan is-Seba’ Programm Qafas (FP7-PEOPLE-ITN-2008) għas-sostenn tat-taħriġ u tal-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi u tan-netwerks għal taħriġ inizjali, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li huma jimponu l-obbligu fuq il-benefiċjarji sabiex jipprovdu b’mod esklużiv fil-bini tagħhom stess it-taħriġ tar-riċerkaturi li huma fil-bidu tal-karriera u, konsegwentement, tikkonferma li l-REA ma tistax tiċħad bħala ineliġibbli l-parti tal-ispejjeż dwar it-taħriġ tar-riċerkaturi li huma fil-bidu tal-karriera abbażi ta’ din l-interpretazzjoni;
—
tikkundanna lir-REA sabiex tħallas l-ispejjeż rigward it-taħriġ tar-riċerkaturi li huma fil-bidu tal-karriera, iddikjarati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-Ftehimiet għal sussidju “C7” u “CEREBNET”, flimkien mal-interessi mid-data li fiha l-ħlas kien dovut; u
—
tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-REA tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Ftehimiet għal sussidju “C7” u “CEREBNET”. Dan l-ewwel motiv huwa maqsum fi tliet partijiet: huwa jmur kontra l-għanijiet tas-Seba’ Programm Qafas, tal-Programm “Persuni”, tal-programm qafas “Persuni” 2008 u tal-Karta Ewropea għar-Riċerka li tillimita l-possibbiltà ta’ taħriġ fil-bini tal-benefiċjarju (l-ewwel parti); mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet għal sussidju u mill-gwida għall-applikanti jista’ jiġi dedott li l-obbligu tal-benefiċjarji li jipprovdu taħriġ jista’ wkoll iseħħ barra mill-bini tagħhom (it-tieni parti); l-ebda dispożizzjoni tal-Ftehimiet għal sussidju u l-ebda strument ieħor applikabbli ma jipprovdu li t-taħriġ għandu jiġi pprovdut b’mod esklużiv fil-bini tal-benefiċjarji (it-tielet parti).
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-interpretazzjoni tal-REA tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy