22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/37
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-209/15)
(2015/C 205/50)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Gmina Kosakowo (Kosakowo, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Leśny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu 2(1) u (2) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna l-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N);
—
tannulla l-Artikolu 3(1), (2), (3) u (4) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna l-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N);
—
tannulla l-Artikolu 4(1) u (2) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna l-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N);
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentanza fil-kawża tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq
—
konstatazzjoni żbaljata tal-fatti li huma l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq
—
ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat b’mod infondat li l-Gmina Kosakowo (komun ta’ Kosakowo) ta għajnuna pubblika bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja li l-akkwist ta’ ishma tal-kumpannija Port Lotniczy Gdynia – Kosakowo sp. z o.o. (ajruport Gdynia-Kosakowo, kumpannija b’responsabbiltà limitata) kien jikkostitwixxi l-ħlas ta’ tranżazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ plott ta’ art; minħabba l-applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni Ewropea tal-kriterju ta’ investitur privat kif ukoll minħabba l-konstatazzjoni infondata li l-għoti ta’ għajnuna pubblika lil Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. ħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jew hedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, u ppreġudika l-kummerċ bejn iż-żewġ Stati Membri.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq
—
ksur tal-Artikolu 107(3)(a) u (ċ) TFUE, peress li l-Kummissjoni kkonstatat li t-twettiq tal-investimenti ma huwiex iġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet marbuta mal-iżvilupp reġjonali u ma huwiex proporzjonali mal-iżvantaġġi li dan huwa intiż li jtaffi, kif ukoll minħabba l-konstatazzjoni li l-għajnuna pubblika favur il-Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. hija inkompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-funzjonament tas-suq intern.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq
—
ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, peress li l-Kummissjoni Ewropea wettqet użu ħażin ta’ poter u dan minħabba nuqqas ta’ identifikazzjoni u klassifikazzjoni żbaljata tal-attività tar-rikorrenti, minħabba l-klassifikazzjoni żbaljata tal-miżura ta’ għajnuna, l-assenza ta’ analiżi, legalment meħtieġa, ta’ dak li jissejjaħ “il-kriterju tal-investitur privat” fl-evalwazzjoni tal-proġett ta’ kostruzzjoni tal-ajruport Gdynia – Kosakowo, kif ukoll minħabba l-analiżi żbaljata u inkompleta tas-suq lokali u reġjonali tal-ajruporti Pollakki.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq
—
ksur tad-dispożizzjonijiet proċedurali: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE moqri mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) peress li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fit-twettiq tal-eżami tal-miżuri tal-“kriterju tal-investitur privat”; ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata; ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba; ksur tal-prinċijpu ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi; kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
Full & Egal Universal Law Academy