15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/46
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Aldi vs UASI – Miquel Alimentació Grup (Gourmet)
(Kawża T-212/15)
(2015/C 198/64)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Fürsen, N. Lützenrath, U. Rademacher u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miquel Alimentació Grup, SA (Vilamalla, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “Gourmet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 310 269
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 314/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy