22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/39
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – toom Baumarkt (Super-Samstag)
(Kawża T-213/15)
(2015/C 205/52)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: toom Baumarkt GmbH (Köln, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Super-Samstag” – Trade mark Komunitarja Nru 10 304 178
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 657/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, ikkunsidrat flimkien mar-Regola 37(b)(i) u (iv) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy