22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/40
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Novartis/UASI – Meda (Zymara)
(Kawża T-214/15)
(2015/C 205/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meda AB (Solna, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Zymara” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 982 745
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 550/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell interpreta ħażin il-prodotti li huma “preparazzjonijiet farmaċewtiċi, b’mod partikolari preparazzjonijiet għall-kura tal-kanċer”;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq regoli ortografiċi li ma jeżistux;
—
Il-Bord tal-Appell injora argumenti mressqa fir-rigward tal-paragun tas-sinjali u, għalhekk, żbalja meta ddeċieda li s-sinjali għandhom biss livell baxx ta’ xebh fonetiku;
—
Il-Bord tal-Appell ta wisq importanza lill-bidu tal-kliem fil-kuntest tal-paragun viżiv.
Full & Egal Universal Law Academy