6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/25
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2015 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-215/15)
(2015/C 221/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, p. 25), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent;
—
tadotta, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni tal-proċedura;
—
tikkundanna lill-Kunsill, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li l-motivazzjoni tal-atti ikkontestati hija wisq ġenerika fir-rigward tiegħu.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali
Fl-ambitu ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-ksur tad-dritt għal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, huwa jikkontesta n-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi adottati. Finalment, huwa jsostni ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li l-Kunsill għamel użu ħażin ta’ poter peress li bl-introduzzjoni tal-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent ġew prinċipalment segwiti skopijiet li ma humiex konformi mal-konsolidazzjoni u mas-sostenn fil-fatt tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba
Fl-ambitu ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jallega, b’mod partikolari, il-ksur tad-dritt għal trattament ugwali, il-ksur tad-dritt għal trattament ġust u ekwu u l-ksur tad-dritt għal investigazzjoni bir-reqqa tal-fatti.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni
Full & Egal Universal Law Academy