10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/31
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Dôvera zdravotná poist'ovňa vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-216/15)
(2015/C 262/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dôvera zdravotná poist'ovňa (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżuri SA. 23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP) [notifikata bid-dokument C(2014) 7277] (ĠU 2015, L 41, p. 25);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUE
—
Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi applikat ħażin il-kunċett ta’ impriża fil-kuntest speċifiku tal-Artikolu 107(1) TFUE.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni
—
Il-Kummissjoni, fid-definizzjoni u fl-applikazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tan-natura ekonomika tal-iskema ta’ assigurazzjoni, wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li SZP/VZP ma tistax tiġi kklassifikata bħala impriża u naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa.
Full & Egal Universal Law Academy