22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/40
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2015 – Fiesta Hotels & Resorts vs UASI – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)
(Kawża T-217/15)
(2015/C 205/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali figurattiva li tinkludi l-element verbali “PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA” – Trade mark Komunitarja Nru 10 524 213
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 2391/2013-2
Talbiet
—
tannulla u tiddikjara ineffettiva d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy