13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/19
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – Beele Engineering vs UASI (WE CARE)
(Kawża T-220/15)
(2015/C 228/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Beele Engineering BV (Aalten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ring, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “WE CARE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 610 143
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1424/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy