13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/20
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – Beele Engineering vs UASI (WE CARE)
(Kawża T-222/15)
(2015/C 228/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Beele Engineering BV (Aalten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ring, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “WE CARE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 610 275
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 1933/2014-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy