13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/20
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – Morton’s of Chicago vs UASI – Mortons the Restaurant (MORTON’S)
(Kawża T-223/15)
(2015/C 228/25)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morton’s of Chicago (Chicago, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Moss, (avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mortons the Restaurant Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “MORTON’S” – Trade mark Komunitarja Nru 3 951 291
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 46/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proprjetarju.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy