20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/43
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – Redpur vs UASI – Redwell Manufaktur (Redpur)
(Kawża T-227/15)
(2015/C 236/58)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Redpur GmbH (Hayingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schiller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Redwell Manufaktur GmbH (Hartberg, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Redpur” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 934 305
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 678/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tilqa’ fl-intier tagħha l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 934 305 jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura;
—
tikkundanna lil Redwell Manufaktur GmbH għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy