13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/22
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Łabowicz vs UASI – Pure Fishing (NANO)
(Kawża T-237/15)
(2015/C 228/27)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żygadło, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “NANO” – Trade mark Komunitarja Nru 6 649 818
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2426/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Misinterpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali dwar, rispettivament, id-dritt għal smigħ xieraq u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy