20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/44
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Cryo-Save vs UASI – MedSkin Solutions Dr. Suwelack (Cryo-Save)
(Kawża T-239/15)
(2015/C 236/59)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Cryo-Save AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG (Billerbeck, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Cryo-Save” – Trade mark Komunitarja Nru 4 625 216
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2567/2013-4
Talbiet
—
tifformula mill-ġdid id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-30 ta’ Ottubru 2013 tiġi annullata u li t-talba għal revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 4 625 216 tiġi miċħuda;
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 37(b)(iv) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy