20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/45
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ vireg b’erba’ ċrieki)
(Kawża T-240/15)
(2015/C 236/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ vireg b’erba’ ċrieki) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 551 867
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1602/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tikkonformax mad-dritt u ma tosservax id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar it-trade mark Komunitarja; insegwitu tagħti deċiżjoni skont il-talbiet magħmula f’dan ir-rikors minħabba l-karattru distintiv intrinsiku suffiċjenti tat-trade mark tridimensjonali mitluba u tordna l-iskrizzjoni fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 12 551 867, fil-klassijiet 5, 29 u 30 tal-klassifika internazzjonali kollha kemm huma;
—
tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż u għar-rimbors tat-taxxi tar-rikors imħallsa lill-UASI.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy