20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/45
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ACDA et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-242/15)
(2015/C 236/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Automobile Club des Avocats – ACDA (Pariġi, Franza); Organisation des Transporteurs Routiers Européens – OTRE (Bordeaux, Franza); Fédération française des motards en colère – FFMC (Pariġi); Fédération française de motocyclisme (Pariġi); u Union nationale des automobile clubs (Pariġi) (rappreżentanti: M. Lesage, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikkjarahom ammissibbli fl-azzjoni ġudizzjarja tagħhom;
—
tannulla l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea SA.38271, tat-28 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.2014/N 38271, relatata mal-Pjan ta’ stimulu tal-awtostradi fit-territorju Franċiż, ippubblikata fl-20 ta’ Frar 2015 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE).
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-pjan ta’ stimulu tal-awtostradi Franċiżi (iktar ’il quddiem: PSA) għandu bħala effett li jivvantaġġja speċifikament lill-kumpanniji konċessjonarji tal-awtostradi bl-għajnuna tar-riżorsi pubbliċi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq effett fuq il-kompetizzjoni mill-PSA.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq kumpens eċċessiv tal-ispejjeż sostnuti mill-kumpanniji konċessjonarji tal-awtostradi, li huwa inkompatibbli mal-funzjoni ta’ importanza ekonomika ġenerali tagħhom.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ostakoli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq illegalità tal-emendi li saru għall-PSA mingħajr notifikazzjoni ġdida lill-Kummissjoni wara l-opinjoni SA.38271.
Full & Egal Universal Law Academy