12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/13
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 – JT vs UASI – Carrasco Pirard et (QUILAPAYÚN)
(Kawża T-249/15)
(2015/C 337/16)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: JT (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Mena Valenzuela, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo Carrasco Pirard (Santiago, iċ-Ċilì), Guillermo García Campos (Brussell, il-Belġju), Luis Hernán Gómez Larenas (Pariġi, Franza), Hugo Lagos Vásquez (Taverny, Franza), Ismael Oddo Méndez (Santiago, iċ-Ċilì), Carlos Quezada Salas (Colombes, Franza), Ricardo Venegas Carhart (Santiago, iċ-Ċilì), Sebastián Quezada (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “QUILAPAYÚN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 267 287
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 354/2014-2
Talbiet
—
tirrevoka jew tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
—
tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “QUILAPAYÚN” għall-prodotti u servizzi fil-klassi 9 u fil-klassi 41 ippreżentata quddiem l-UASI għall-applikanti Eduardo Carrasco Pirard, Guillermo García Campos, Luis Hernán Gómez Larenas, Hugo Lagos Vásquez, Ismael Oddo Méndez, Carlos Quezada Salas, Ricardo Venegas Carhart u Sebastián Quezada fis-16 ta’ Settembru 2010.
Motiv invokat
– Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u (2)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 6a (1) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.
Full & Egal Universal Law Academy