27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/33
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Speciality Drinks vs UASI – William Grant (CLAN)
(Kawża T-250/15)
(2015/C 245/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Speciality Drinks (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Pritchard, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: William Grant & Sons Ltd (Dufftown, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CLAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 025 815
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 220/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti u/jew tannulla l-kundanna għall-ispejjeż mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell iddefinixxa b’mod żbaljat il-livell ta’ attenzjoni tal-“konsumatur rilevanti” fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Il-Bord tal-Appell ma ddeċidiex jekk il-kelma “CLAN”, meta ntużat flimkien ma’ “MACGREGOR”, kinitx kelma fantażjuża (jiġifieri nieqsa minn sinjifikat) għall-konsumatur rilevanti jew, bil-kontra, kinitx kelma li kellha sinjifikat li huma setgħu jifhmu;
—
Il-Bord tal-Appell ma evalwax ix-xebh tat-trade marks fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta;
—
Il-Bord tal-Appell ma evalwax il-probabbiltà ta’ konfużjoni fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta.
Full & Egal Universal Law Academy