27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/35
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Ferrovial et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-252/15)
(2015/C 245/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ferrovial, SA (Madrid, Spanja), Ferrovial Servicios, SA (Madrid, Spanja), Amey UK plc (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u M. Linares Gil, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-15 ta’ Ottubru 2014 irreġistrata bin-Nru C (2014) 7280, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implementata minn Spanja;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni, u
—
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni, u T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-miżura inwksitjoni ma tissodisfax, skont ir-rikorrenti, l-elementi speċifiċi tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 [KE], u tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, peress li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna ġdida, illegali u inkompatibbli.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nullità tal-Artikolu 4(2) tat-Tielet deċiżjoni minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, inkwantu l-ordni ta’ rkupru ma ġiex limitat bl-istess mod bħalma kien ġie limitat fl-ewwel żewġ deċiżjonijiet (xiri preċedenti gall-21 ta’ Diċembru 2007).
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nullità tal-Artikolu 4 tat-Tielet deċiżjoni (ordni ta’ rkupru) minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, inkwantu mill-ordni ta’ rkupru ma ġewx esklużi t-tranżazzjonijiet indiretti preċedenti għall-10 ta’ Marzu 2005.
Full & Egal Universal Law Academy