27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/37
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – Aldi Einkauf vs UASI – Dyado Liben (Casale Fresco)
(Kawża T-254/15)
(2015/C 245/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. oHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dyado Liben OOD (Sofia, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Casale Fresco”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 010 886 604
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1138/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy