7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/69
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2015 – Almaz-Antey vs Il-Kunsill
(Kawża T-255/15)
(2015/C 294/84)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: OAO Concern PVO Almaz-Antey (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Stumpf u A. Haak, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 70, p. 47) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 70, p. 1), sa fejn dawn il-miżuri japplikaw għar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kunsill allegatament ma tax raġunijiet adegwati jew suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qies li wieħed mill-kriterji għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni suġġetti għall-miżuri kkontestati kien issodisfatt sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni adottata mill-konvenut tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-raġunament kollu tal-konvenut ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-implementazzjoni ta’ miżuri restrittivi.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
Full & Egal Universal Law Academy