27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/37
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Telefónica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-256/15)
(2015/C 245/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;
—
tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni, sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm l-iskema ta’ għajnuna deskritt fl-Artikolu 1;
—
tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddeterminata mill-Kummissjoni;
—
sussidjarjament, tnaqqas l-obbligu ta’ rkupru impost mill-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjonijiet, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.
Qed jiġu allegati, b’mod partikolari, żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni meta eżaminat il-konsultazzjoni tad-Dirección General de Tributos (DGT) u kkunsidrat li kien hemm miżura ġdida li setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida, u meta sostniet li l-ewwel żewġ deċiżjonijiet ma koprewx l-applikazzjoni eventwali tal-miżura inkwistjoni għax-xiri ta’ ishma indiretti.
Full & Egal Universal Law Academy