27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/39
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Axa Mediterranean Holding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-258/15)
(2015/C 245/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Axa Mediterranean Holding, S.A. (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, D. Armesto Macías u A. Balcells Cartagena, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;
—
tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni, sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritt fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;
—
tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra ammonti meqjusa mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat;
—
sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjonijiet, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.
Full & Egal Universal Law Academy