20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/48
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – Close u Cegelec vs Il-Parlament
(Kawża T-259/15)
(2015/C 236/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SA Close (Harzé-Aywaille, il-Belġju); Cegelec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti:: J.-M. Rikkers u J.-L. Teheux, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannula d-deċiżjoni meħuda f’data mhux magħrufa mill-Parlament Ewropew li tagħti l-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet li jirrigwarda “proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu” lott 73 (ċentrali elettrika), referenza INLO-D-UPIL-T-14-A04, lill-Association Momentanée ENERGIE-KAD (li tikkonsisti fil-kumpanniji MERSCH u SCHMITZ PRODUCTION SARL u ENERGOLUX S.A.) u b’mod korrispondenti li ma għażilx l-offerta tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ trasparenza, sa fejn l-interpretazzjoni tal-motivi ta’ ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti u tal-estratti tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lill-Association Momentanée ENERGIE-KAD tipermetti biss li jiġi vverifikat li dawn l-offerenti jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ għażla kwalitattiva previsti mid-dokumenti tal-kuntratt.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni.
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-Parlament Ewropew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ta l-kuntrat inkwistjoni lill-Association Momentanée ENERGIE-KAD u li l-kriterji ta’ għażla ma ġewx applikati konformement mal-ispeċifikazzjonijiet u fl-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ nondiskrimnazzjoni imposti mill-Artikolu 102 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1).
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy