3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/16
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/15)
(2015/C 254/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-Artikolu 1;
—
tannulla l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni, sa fejn tirrikjedi li r-Renju ta’ Spanja jtemm l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1;
—
tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-Deċiżjoni, sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat ikkonstatata mill-Kummissjoni;
—
sussidjarjament, tillimita l-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja mill-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni skont l-istess termini bħal fil-każ tal-Ewwel u tat-Tieni Deċiżjoni, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15, Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk esposti f’dawn il-kawżi.
Full & Egal Universal Law Academy