27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/39
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Spirig Pharma vs UASI (Daylong)
(Kawża T-261/15)
(2015/C 245/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Daylong” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 537 627
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2455/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri mal-Artikolu 75 tal-istess regolament;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy