3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/16
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-263/15)
(2015/C 254/20)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. zo. o. (Gdynia) (rappreżentanti: T. Koncewicz, K. Gruszecka-Spychała u M. Le Berre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara invalida u tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35 388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N), il-Polonja, “Kostruzzjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo”;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, inter alia, il-motivi segwenti:
1.
L-ewwel motiv
—
Arbitrarjetà u żball flagranti fil-konstatazzjonijiet ta’ fatt li abbażi tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, nuqqas konsegwenti min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, u żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-provi.
2.
It-tieni motiv
—
Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni fatturi u ċirkustanzi li huma rilevanti għall-evalwazzjoni ġuridika tal-investiment fl-ajruport Gdynia-Kosakowo.
3.
It-tielet motiv
—
Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza li tenfasizza l-obbligu ta’ istituzzjoni li għandha diskrezzjoni li tispjega għalfejn provi u fatti speċifiċi ttieħdu inkunsiderazzjoni, filwaqt li oħrajn ġew miċħuda.
4.
Ir-raba’ motiv
—
Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE flimkien ma’ prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew – il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ lealtà tal-istituzzjoni fil-konfront ta’ persuni suġġetti għal-liġi – minħabba applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati.
5.
Il-ħames motiv
—
Ksur minħabba klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti u tal-provi, li rriżultat fi ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 107(1) TFUE għaliex ġie kkonstatat li f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent li l-azzjonijiet tar-rikorrenti jissodisfaw it-test tal-investitur privat ma ġewx sodisfatti u ma ġiex stabbilit li l-proġett ta’ investiment kien ser jitwettaq minn investitur privat, bil-konsegwenza li l-investiment Gdynia-Kosakowo kien jiddependi fuq għajnuna pubblika mhux awtorizzata.
Full & Egal Universal Law Academy