27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/41
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)
(Kawża T-268/15)
(2015/C 245/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: APCOA Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PARKWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 567 021
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2063/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy