10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/32
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 minn Tuula Rajala mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-24/14, Rajala vs UASI
(Kawża T-271/15 P)
(2015/C 262/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Tuula Rajala (El Campello, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-24/14;
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni maħrug fir-rigward tal-appellanti għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012;
—
tikkundanna lill-UASI jħallas kumpens adegwat skont id-diskrezzjoni tal-qorti kkonċernata – sa mhux inqas minn EUR 500 – lill-appellanti għad-danni morali u materjali subiti mill-appellanti b’riżultat tal-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż fir-rigward tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament ta’ fatti prinċipali u fuq sentenza bbażata fuq il-fatti żnaturati min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-appellanti tinvoka l-każijiet ta’ żnaturament tal-fatti li ġejjin:
—
żnaturament fir-rigward tal-fatt li l-osservanza tat-termini ta’ żmien kienet affetwata mill-problemi ta’ saħħa tal-appellanti;
—
żnaturament fir-rigward tal-fatt li l-osservanza tat-termini ta’ żmien kien affetwat b’mod ħażin ġaladarba kienet l-unika eżaminatur li taħdem bil-Finlandiż għal parti mill-perijodu ta’ evalwazzjoni u biss waħda minn żewġ eżaminaturi Finlandiżi għall-kumplament tal-perijodu ta’ evalwazzjoni;
—
żnaturament fir-rigward tal-fatt li l-appellanti kienet titratta numru anormalment kbir ta’ każijiet partikolarment differenti u li jinvolvu ħafna żmien;
—
żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-impatt negattiv li l-implementazzjoni tas-sentenza IP Translator [tad-19 ta’ Ġunju 2012, Chartered Institute of Patent Attorneys, C-307/10, Ġabra, EU:C:2012:361] kellha fuq il-produttività kwantitattiva tal-appellanti u fuq l-osservanza tat-termini ta’ żmien tad-deċiżjonijiet tal-appellanti;
—
żnaturament tal-fatti fir-rigward tal-figuri ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien tal-appellanti meta mqabbla ma’ dawk ta’ eżaminaturi oħra.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi qal li żball manifest fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ma ġiex ikkonstatat ġaladarba minn seba’ kompetenzi evalwati, ħamsa tqiesu li kienu minn tal-inqas konsistenti mal-livell meħtieġ għall-pożizzjoni okkupata.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi ċaħad il-motiv ibbażat fuq l-abbuż tad-dmir ta’ fiduċja min-naħa tal-UASI.
4.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi ċaħad il-ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-appellanti min-naħa tal-UASI.
Full & Egal Universal Law Academy