24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/38
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/15)
(2015/C 279/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alcogroup (Brussell, il-Belġju); u Alcodis (Brussell) (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere u J. Probst, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li, meta adottat u meta implementat id-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tagħhom tad-difiża u d-dritt tagħhom tal-invjolabbiltà tad-domiċilju, kif ukoll il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy