24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/39
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (real)
(Kawża T-287/15)
(2015/C 279/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva bl-aħmar u bil-blu li tinkludi l-element verbali “real” – trade mark Komunitarja verbali Nru 38 968
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2285/2013-4.
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikoli 15, 51, 64, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy