10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/33
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2015 – Smarter Travel Media vs UASI (SMARTER TRAVEL)
(Kawża T-290/15)
(2015/C 262/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Smarter Travel Media LLC (Boston, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentanti: P. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SMARTER TRAVEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 460 044
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20/03/2015 fil-Każ R 1986/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ddeċieda li t-trade mark ma kinitx distintiva;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta applika b’mod żbaljat id-deċiżjoni Bild;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni li t-trade mark kien fiha element li seta’ jiġi rreġistrat indipendentement;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni li l-istess trade mark b’logo differenti kienet ġiet irreġistrata għal essenzjalment l-istess servizzi u li l-applikazzjoni l-ġdida hija sempliċement modernizzazzjoni;
—
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ma għamilx evalwazzjoni globali.
Full & Egal Universal Law Academy