20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/49
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Banimmo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/15)
(2015/C 236/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Banimmo SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sa fejn, minkejja t-talbiet insistenti tar-rikorrenti, il-Kummissjoni qatt ma kkomunikatilha l-motivi għar-rifjut tal-offerta tagħha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq modifika, matul il-proċedimenti, ta’ ċerti elementi essenzjali tal-avviż ta’ studju ta’ proprjetà immobbli kkonċernat, bi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza bejn l-offerenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, peress li l-Kummissjoni wettqet in-negozjati mad-diversi offerenti b’mod imprevedibbli u ma tantx trasparenti, u peress li naqset, fost l-oħrajn, milli tħabbar formalment il-fażijiet tal-proċedimenti u t-termini għall-preżentazzjoni tal-offerti.
Full & Egal Universal Law Academy