3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/19
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/15)
(2015/C 254/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
ma tapplikax ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu u l-paragrafu 4 tal-Anness II;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, rigward l-inklużjoni tal-Metalaxil fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni li tinsab fl-Anness tiegħu, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li r-Regolament ta’ Implementazzjoni ġie adottat abbażi ta’ regola ġuridika illegali, peress li r-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1107/2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea peress li:
—
jikser il-prinċipju ta’ prekwazjoni billi jipprevedi mekkaniżmu ta’ sostituzzjoni ta’ sustanzi attivi abbażi ta’ riskji ipotetiċi li ma humiex oġġettivament fondati;
—
minħabba li jaffettwa s-sustanzi awtorizzati, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li jmur lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ livell ta’ protezzjoni għoli;
—
jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern peress li jippromwovi s-sostituzzjoni ta’ sustanzi f’tali kundizzjonijiet; u
—
jikser il-prinċipju ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-kriterju ta’ “proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi”, inkluż fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq li r-Regolament (UE) Nru 2015/408 jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-inklużjoni ta’ Metalaxil fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni abbażi ta’ kriterji xjentifiċi u tekniċi ma hijiex iġġustifikata u tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward ta’ Metalaxil-M.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq li r-Regolament (UE) Nru 2015/408 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-għanijiet ta’ tnaqqis ta’ riskji għas-saħħa u għall-ambjent promossi mill-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy