27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/44
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 minn Angel Coedo Suárez mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/14, Coedo Suárez vs Il-Kunsill
(Kawża T-297/15 P)
(2015/C 245/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikkjara l-appell odjern ammissibbli;
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, Coedo Suárez vs Il-Kunsill (F-38/14, EU:F:2015:25);
—
tilqa’ t-talbiet għal annullament ippreżentati minnu fl-ewwel istanza;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
—
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żnaturament ta’ elementi fattwali u ta’ provi u fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-istat ħażin tas-saħħa tar-rikorrent ma kinitx tikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti.
—
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy